Tippreferu tippjanaw safra jew tibbukjaw tour?
Hawn min ifittex itir li jsiefer u hawn min ma tantx tagħmel bih jekk isifirx jew le. Hawn min iħobb jippjana safra mill-bidu sal-aħħar hu hawn min mhux daqshekk kapaċi, allura jibbukja tour biex hekk ikollu gwida. Waħda jew l-oħra t-tnejn tajbin, fl-aħħar mill-aħħar mhux l-aqwa li ssiefer?
Tippjana safra jiġifieri tkun aktar liberu biex tiġri u tagħmel aktar affarijiet. Din tgħin ukoll biex tkun tista’ ddur aktar positijiet li forsi taf li ma’ tour huwa diffiċli biex wieħed imur. L-ippjanar tas-safar itik aktar il-kontroll ta’ fejn sejjer u x’ser tkun qed tagħmel u għalhekk hija xi ħaġa ferm sabiħa u tkun qed tistennieha tasal b’ ħerqa.
Mill-banda l-oħra, kif ghidna hemm min jippreferi jagħżel li jkollu gwida biex tmexxieh u tispjegalu l-istorja ta’ post partikolari jew xi storja fuq il-pajjiż. Hawn min jippreferi li jkollu gwida għax sempliċiment m’għandux ċans li jippjana u hawn min jippreferi hekk ghax jibża’jippjana u jkun hemm xi ħaġa li ma tmurx kif suppost.
Intom x’tippreferu? Avventurużi li tippjanaw safra weħidkom?