X’ se jiġri fis-sena 2024? X’hemm imbassar?
Interessanti din. Il-futur ma jafu ħadd, jgħidu! U veru. Imma hemm fatturi jew ġrajjiet u avvenimenti li jistgħu jkunu mbassrin bla ma trid.
- Waħda minnhom hija li d-dinja se tkompli tisħon. Din is-sena rajna temperaturi rekord fid-dinja kollha u huwa maħsub li dawn ser jiżdiedu fis-sena li ġejja.
- Hemm imbassar li l-famuż AI ser jieħu post iżjed ħaddiema fis-sena l-ġdida fejn dan tant qed isir preċiż u kważi kważi, perfett, li din tista’ tkun thedida għal bosta mpjiegi.
- Lokalment f’nofs is-sena ser isiru l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u l-Parlament Ewropew. Dawn ser isiru fit-8 ta’ Ġunju tal-2024.
- Ser ikollna wkoll President ġdid hekk kif it-terminu tal-Eċċellenza Tiegħu George Vella jiġi fi tmiemu f’April li ġej.
Mill-bqija, nistennew u naraw. Hemm xi avvenimenti oħra li tafu li se jseħħu żgur? Iktbulna!