Xi jfisser li jkollok pet shop?

 Xi jfisser li jkollok pet shop?

Tkellimna ma’ Lucienne Abela u spjegatilna hekk.

Ifisser li trid tagħmel li jkun meħtieġ fil-ħanut. Tagħmel l-ordnijiet, tipprezza, tagħmel il-kilos b’qies kif suppost, tiċċekkja x-xogħol li jiġi, tippostja fuq l-ixkafef u iżjed.

Il-ħanut ilu miftuħ 3 snin fejn konna ddeċidejna li niftħuh wara l-covid-19. Qabel l-istess ħanut kien bil-ħwejjeġ. Il-pandemija tagħtna daqqa ta’ ħarta u kien hemm li ddeċidejna li niftħu petshop. L-annimali nħobbuhom ħafna.

Ninsabu fl-aħħar parti ta’ Ħaż-Żabbar qabel ma tinżel għax-Xgħajra. Għandna ħanut imdaqqas fejn fih issib dak kollu li għandek bżonn għall-pets tiegħek fejn aħna speċjalizzati l-aktar għall-klieb u l-qtates. Nagħmlu minn kollox biex naqdu lill-klijent fejn anke meta ma jkollnhiex xi prodott, naraw kif nagħmlu u nġibuh biex naqdu lil kulħadd, anke klijent wieħed biss.

F’xogħolna nimxu b’reqqa fejn anke nieħdu nteress nistaqsu x’razza huma l-annimali, kemm għandhom żmien u jekk ibatux minn xi allerġiji. Naraw ukoll il-budget tal-klijenti u minn hemm niggwidawhom għall-aħjar ditta għalihom.

Il-motto tagħna huwa li nagħtu l-aħjar prezz lill-klijent fejn naraw li jkunu moqdija bl-aħjar mod possibbli bi prezzijiet ġusti u għall-but ta’ kulħadd.

Il-prezzijiet tagħna huma kompettitivi fis-suq lokali tant li ta’ kuljum naraw l-aħjar swieq li nixtru minnhom biex noffru l-aqwa servizz lin-nies tagħna, tant li nimpurtaw il-prodott aħna stess. B’hekk il-klijenti jagħżluna u jibqgħu jiġu għandna.

Spiss niltaqgħu ma’ prodotti ġodda fis-suq u nagħmlu minn kollox biex inġibuhom fil-ħanut tagħna. Apparti hekk, in-negozju mmexxuh jien u r-raġel li jgħinna nsiru nafu personalment lill-klijenti tagħna u nagħmluhom komdi f’ambjent familjari. Tajjeb li ngħidu wkoll li nagħmlu deliveries.

Żuruna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com