Xjentifikament instab li l-għaġin jagħmlek kuntent!

Fi studju li sar f’università Taljana nstab li 40 fil-mija tal-parteċipanti qalu li jikkunsidraw l-għaġin bħala ikel ta’ komfort filwaqt li 76% qalu li platt għaġin jagħmilhom ferħanin u jżid il-kuntentizza.
Xjentifikament instab li l-carbohydrates jistimulaw ċelloli fil-ġisem li flimkien mal-vitamina b li ssibha fl-għaġin, jagħmlu lill-bniedem ferħan.
Issa ħa ngħiduha kif inhi, dejjem jgħodd xi tħobb int. Jekk tħobb l-għaġin ovvja li se jagħmlek ferħan. Bħal min iħobb iċ-ċikkulata, għajnejh jixgħelu kif jara biċċa ċikkulata quddiemu.
Int tħobbu l-għaġin? Kif tħobbu? Bil-pesto, arrabiata, biz-zalza lixxa ħamra? Għidilna ftit għax aħna kurjużi!