X’kulur għandek tilbes il-ħwejjeġ ta’ taħt illejla?

 X’kulur għandek tilbes il-ħwejjeġ ta’ taħt illejla?

Skont il-kulur tal-qalziet ta’ taħt li ser tilbes illejla għas-sena l-ġdida jiddetermina x’ sena ser ikollok. Hekk hija t-tradizzjoni u forsi l-iżjed li hija msemmija hija dik tal-ilbies tal-qalziet ta’ taħt aħmar.

Imma mhux biss ta!

Jingħadd li jekk veru trid li jkollok sena tajba minn kull att, trid tbiddel il-qalziet ta’ taħt diversi drabi llejla u tilbes kuluri differenti.

Eżempju, trid tilbes wieħed isfar għall-prosperità u suċċess, l-aħmar jew roża għall-imħabba, l-aħdar għat-tama u l-abjad għall-paċi. Biex kollox imur sew, trid tara li l-ħwejjeġ ta’ taħt ikunu ġodda fjamanti.

Ħmerijiet jew tradizzjonijiet? Kulħadd bl-opinjoni tiegħu. Hemm min Alla ħares ma jimxix magħhom għax jibża’ li tiġi sena ħażina. Hemm min imbagħad jgħidlek li jiddvereti jrid bħal-lum u m’għandux x’jagħmel illejla joqgħod ibiddel!

E bilħaqq, għal saħħa tajba l-qalziet ta’ taħt irid ikun blu. Ħudu gost!

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com