10 sinjali li juru li r-raġel tiegħek veru jħobbok
L-ikbar insikurezza min-nisa f’relazzjoni hija li l-mara taħseb li forsi l-imħabba tar-raġel lejha qed tonqos jekk mhux naqset bil-biża’ li se tispiċċa. Imma ma hemmx għalfejn tinkwieta daqshekk. Il-piskoloġija tipprovdielna ħsibijiet ta’ kif tinnota sinjali ta’ mħabba dejjiema.
- Jissaportjak dejjem. Ikun xi jkun, issibu dejjem itik kuraġġ u kliem ta’ tifħir f’li tagħmel. B’hekk inti jirnexxielek twettaq dak li tixtieq f’ħajtek.
- Jirrispetta l-indipendenza tiegħek. Ma jorbtokx. Għalkemm jimmissjak, iħallik timraħ fl-għanijiet tiegħek u jkompli jinkoraġġik.
- Jafdak. Din hija importanti ħafna. Meta xi ħadd ma jafdax lill-ieħor, ir-relazzjoni tiġi stressanti u kif. Nuqqas ta’ fiduċja twassal għal relazzjoni tossika. B’fiduċja, inti tinbena emozzjonalment u jkollok saħħa mentali aktar soda.
- Jaqsam miegħek il-ħsibijiet u l-emozzjonijiet tiegħu. Kemm hi sabiħa l-komunikazzjoni. Mingħajr din, ikun hemm falliment. Anke bejn il-ħbieb, aħseb u ara bejn koppja. Anke waqt kunflitt bejn il-koppja, meta toħorġu mill-kunflitt b’ideal pożittiv, ir-relazzjoni tkompli tissaħħaħ.
- Jisimgħek. Din ukoll hija importanti f’relazzjoni. Li veru jkun qed jisimgħek anke billi waqt konverżazzjoni bejnietkom, jelimina l-mobile u affarijiet oħra li jtelfu, u jiddedika l-ħin għalik biss.
- Juri mpenn lejk. Jagħti kasek, iħalli ħin miegħek, jippjana miegħek u jiddiskuti l-futur, jara xi jdejqek u x’jgħoġbok u jfassal għanijiet li tistgħu tilħqu flimkien.
- Juri ħsieb u affezzjoni. Kulħadd iħobbha din bla dubju. Hekk tinduna kemm verament jaħseb fik. Anke b’sempliċiment ikla ppreparata għalik, jew ħarġa għall-kafè.
- Juri gratitudni. Japprezzak u juri li huwa kuntent b’mod awtomatiku mill-mod kif iġib ruħu miegħek. Il-gratitudni hija ċ-ċavetta li persuna biha tgħix iżjed f’serenità.
- Juri x-xewqa li jipproteġik. Bil-kliem u bl-azzjoni, juri li jinteressah minnek. Juri li se jkun hemm għalik meta jkun il-mument tal-prova. Dawn jistgħu wkoll ikunu ġesti sempliċi bħal per eżempju, iwasslek xi mkien hu flok iħallik issuq inti jew tmur b’tal-linja. Jgħidlek biex tistrieħ meta jara l-bżonn. Hemm ħafna iżjed. Dawn huma biss ftit eżempji.
- Tgħaddu minn ħafna flimkien. Meta tgħaddu minn esperjenzi koroh huma x’inhuma, jibqa’ hemm u tarah jinkoraġġik biex tħarsu ‘l quddiem flimkien. Din hija affermazzjoni totali ta’ rispett.
Jekk hemm dawn il-ġesti kollha, m’għandekx għalfejn tinkwieta. Relazzjoni mhux il-bews u t-tgħannieq biss. Hemm il-ħsieb. Irridu niftakru wkoll li relazzjoni b’saħħitha, tibqa’ b’saħħitha kemm titfa’ enerġija u mpenn fiha.