4 snin ta’ sfidi u kontroversji għal Bjorn Vassallo bħala president mal-Malta Football Association
Bjorn Vassallo bħala l-president tal-Malta Football Association kellu jaffaċċja bosta sfidi u kontroversji li bihom ġiet affettwata l-popolarità tiegħu kemm mas-sapporters tal-football lokali kif ukoll mal-istakeholders f’Malta. Wara poll li tfajna fuq Strada Rjali, bosta wrew l-isfiduċja tagħhom f’Vassallo u f’kemm ma jixtiequhx li jkompli fil-kariga tiegħu bħala president.
Waħda mill-ikbar kritiki għat-tmexxija tiegħu kienet in-nuqqas ta’ komunikazzjoni mal-fans u sapporters tal-football lokali. Il-fans u l-istakeholders huma ta’ importanza kbira għall-football Malti u dan in-nuqqas ta’ komunikazzjoni magħhom, kienet l-iktar ħaġa li biha ma kinux sodisfatti tul il-presidenza ta’ Bjorn Vassallo.
Ħaġa oħra li qanqlet ċertu rabja u dissodisfazzjon fost il-partitarji u sapporters Maltin kienu r-riżultati mhux daqshekk sodisfaċenti mit-tm nazzjonali Malti. Kien hemm bosta kummenti fuq konflitti bejn is-South End Core u l-Malta Football Association innifisha fejn uriet problemi ikbar fejn jidħol il-football Malti. Dan id-diżgwit ħoloq mistoqsijiet fuq min imexxi u kif jiġu kkontrollati l-fans, fejn bosta kummenti minn Bjorn Vassallo komplew juru nuqqas ta’ sentiment lejn xi jridu u xi jħossu is-sapporters Maltin.
Fattur ieħor li ta’ min isemmi huwa żmien il-pandemija COVID-19, fejn l-MFA taħt Bjorn Vassallo ħadu d-deċizjoni li jwaqqfu l-isport anke meta bdew jitnaqqsu r-ristrizzjonijiet. Għal bosta partitarji din dehret inġusta u inkosistenti minħabba l-fatt li ristrizzjonijiet oħra kienu qed jiġu rilaxxati.
Deċiżjonijiet kontroversjali
Floriana rebħu t-titlu tal-Preamier League Malti 2020/2021, għalkemm inqas minn 67% tal-logħob kienu saru. Din id-deċiżjoni ittieħdet meta il-league ġie mwaqqaf ħesrem minħabba l-pandemija. Din id-deċiżjoni ħolqot ċertu rabja fost il-partitarji li wriet nuqqas ta’ trasparenza min-naħa ta’ Bjorn Vassallo.
Il-Każ ta’ Devis Mangia
Każ ieħor li ħoloq kontroversja kien il-każ tal-kowċ nazzjonali Malti Devis Mangia. Devis Mangia kien meħlus minn kull akkużi fuq abbuż sesswali però kien akkużat fuq imġieba mhux xierqa fejn l-MFA kienet ikkritikata. Dan l-episodju ħoloq mistoqijiet fuq kemm l-MFA verament jipproteġu l-plejers u l-membri tal-istaff.
Minkejja dawn iċ- ċirkostanzi, Bjorn Vassallo jista’ jkun li jerġa’ jingħata l-kariga ta’ president minħabba l-fatt tas-sistemi votazzjonali fejn persentaġġ żgħir jiġi affetwat mill-membri tal-klabbs tal-football Malti.
Tul il-presidenza tiegħu, Bjorn Vassallo ħadem biex immexxi l-football Malti iktar ‘il quddiem però kien ikkritikat ferm fuq il-fatt li hemm nuqqas ta’ komunikazzjoni mal-partitarji u kien hemm bosta mistoqsijiet fuq liema direzzjoni sejjer il-football Malti taħt it-tmexxija tiegħu.