5 affarijiet li m’għandekx titfa’ fil-washing machine
Aqrah ħalli ma tgħaxxquhiex.
U min qatt ma ħa żball fiha din; jitfa’ kulur m’ieħor u jiġu kulur wieħed. Jew jitfa’ flokk u jiġieh żgħir daqs tal-pupi. Normali. U l-kartiera jew il-flus? Ġieli nsejtuhom? Imma tikber u titgħallem jgħidu.
- Ilbiesi. Libsa (suit) qatt m’għandek titfagħha ġo washing machine. Tgħiduli mhux ovvja? Imma tajjeb li niftakru. Raġuni prinċipali hija t-tikmix. L-aħjar soluzzjoni għall-ilbies dejjem tkun ‘dry cleaning’.
2. Ħwejjeġ dekorattivi ngħidu aħna, b’xi antaċċjoli. Glitters ukoll qatt m’għandhom jiddaħħlu, inkella l-ħwejjeġ se jiġu kollha blitters. Jekk xi dekorazzjonijiet huma mwaħħlin mal-flokkijiet, bis-sħana tal-washing machine kapaċi jinqalgħu, allura l-aħjar taħsilhom b’idejk.
3. Żippijiet u buttuni. Ok tistgħu taħslu l-jeans tagħhkom imma trid tiftaħ iż-żipp u tħoll il-buttuni biex tevita li dawn jeħlu ma’ ħwejjeġ oħra.
4. Malji tal-baħar. Din hija xi ħaġa li nagħmluha spiss; naħslu l-malji fil-washing machine imma jekk tinnotaw, il-malji speċjalment tan-nisa tmurilhom l-elastiċità. M’hemm xejn aħjar mill-ħasil bl-idejn f’dan il-każ.
5. Titfa’ qatt deterġent iżżejjed milli suppost. Huwa ħażin li naħsbu li jekk titfa’ iżjed, se jiġu jfuħu iżjed jew isbaħ. Le, dan mhux minnu. Fil-verità, suppost nużaw terz tat-tapp tad-deterġent.
Affarijiet oħra huma l-ingravajjet, żraben u anke ħwejjeġ li jkunu mimlijin suf tal-annimali. Kultant narawhom ovvji imma kultant, speċjalment jekk ngħixu ħajja mgħaġġla, tiġina tentazzjoni kbira.
Il-Ħasla t-tajba!
Sors: Cincinnati.com