5 affarijiet li tista’ tagħmel biex tikkalma ftit l-IBS.
Kif tinduna li għandek l-IBS?
L-ewwelnett, IBS tfisser Irritable bowel syndrome. Din hija kundizzjoni komuni li taffettwa s-sistema diġestiva.
Is-sintomi jkunu; uġiegħ fl-istonku bħal brim, diarrhoea u konstipazzjoni. Dawn għandhom tendenza li jiġu u jmorru u daqqa tkun tajjeb u daqqa le.
Il-persuni li jbatu mill-IBS spiss ikollhom ukoll nefħiet f;-istonku anke jekk ma jkunux kielu ħafna u kultant, isofru minn uġiegħ insapportabbli fl-istonku tagħhom tant li anke jqumu billejl.
Madanakollu din hija kundizzjoni li tibqa’ miegħek tul ħajtek u mhi xi ħaġa li tfieq minnha.
Biex tikkalma ftit l-IBS:
- sajjar ikel id-dar b’ingredjenti friski
- żomm djarju ta’ x’int tiekol u s-sintomi li jtuk ħalli tevitaħhom, id-darba li jmiss.
- sib modi kif tirrilassa
- żid l-eżerċizzju fiżiku
- ixrob l-ilma.
Tajjeb li titkellmu u tevitaw l-istress. Tkellmu wkoll ma’ min ibati mill-istess sitwazzjoni ħalli taqsmu l-esperjenzi u tgħinu lil xulxin.