5 affarijiet li tista’ tagħmel biex tikkalma ftit l-IBS.

 5 affarijiet li tista’ tagħmel biex tikkalma ftit l-IBS.

Kif tinduna li għandek l-IBS?

L-ewwelnett, IBS tfisser Irritable bowel syndrome. Din hija kundizzjoni komuni li taffettwa s-sistema diġestiva.

Is-sintomi jkunu; uġiegħ fl-istonku bħal brim, diarrhoea u konstipazzjoni. Dawn għandhom tendenza li jiġu u jmorru u daqqa tkun tajjeb u daqqa le.

Il-persuni li jbatu mill-IBS spiss ikollhom ukoll nefħiet f;-istonku anke jekk ma jkunux kielu ħafna u kultant, isofru minn uġiegħ insapportabbli fl-istonku tagħhom tant li anke jqumu billejl.

Madanakollu din hija kundizzjoni li tibqa’ miegħek tul ħajtek u mhi xi ħaġa li tfieq minnha.

Biex tikkalma ftit l-IBS:

  1. sajjar ikel id-dar b’ingredjenti friski
  2. żomm djarju ta’ x’int tiekol u s-sintomi li jtuk ħalli tevitaħhom, id-darba li jmiss.
  3. sib modi kif tirrilassa
  4. żid l-eżerċizzju fiżiku
  5. ixrob l-ilma.

Tajjeb li titkellmu u tevitaw l-istress. Tkellmu wkoll ma’ min ibati mill-istess sitwazzjoni ħalli taqsmu l-esperjenzi u tgħinu lil xulxin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com