6 oġġetti li m’għandekx tpoġġi fid-dishwasher!
Jekk trid tgawdi sew l-għodda tal-kċina, ibża għalihom u ma għandekx għalfejn titfa’ kollox ġod-dishwasher.
Veru li tgħinek u tiffrankalek ħafna xogħol, imma x’jaqbillek? Tgawdiehom iżjed u taħsilhom int, jew titfagħhom fid-dishwasher biex tgħid frankajt biċċa xogħol u jkollok tibdilhom iżjed malajr?
Dawn huma dawk li m’għandekx titfa’ fid-dishwasher:
- Skieken ta’ kwalità b’ponot tajbin
- Taġnijiet li ma jeħilx l-ikel fihom. Dawn huma fini.
- Materjal tal-ħadid (Pots tal-ħadid) m’għandhomx jintefgħu ġo dishwasher. Dawn kapaċi jsaddu iżjed jekk isir hekk.
- materjal tal-plastik u kontenituri b’dan il-materjal.
- insulated travel mugs; li nużaw biex inġorru l-kafè fih jew inkella l-moda ta’ issa, water bottles li jkunu insulari. Dawn kapaċi tintilfilhom is-saħħa tagħhom minħabba l-jet pressures tad-dishwasher
- Bla dubju, balla affarijiet f’salt. Kollox jgħid ‘aħħ’ anke magna. Tgħabbihiex iżjed milli suppost għax se tkissirha!
Bħal kollox, kollox fih it-tajjeb u l-ħażin tiegħu. Il-kumdità sabiħa u komda imma fiha prezz ukoll.
Attent x’titfa’ f’dan il-każ, fid-dishwasher, la qed niddiskutu lilha, għax kapaċi tiġik iz-zalza għola mill-ħuta.