6 oġġetti li m’għandekx tpoġġi fid-dishwasher!

 6 oġġetti li m’għandekx tpoġġi fid-dishwasher!

Jekk trid tgawdi sew l-għodda tal-kċina, ibża għalihom u ma għandekx għalfejn titfa’ kollox ġod-dishwasher.

Veru li tgħinek u tiffrankalek ħafna xogħol, imma x’jaqbillek? Tgawdiehom iżjed u taħsilhom int, jew titfagħhom fid-dishwasher biex tgħid frankajt biċċa xogħol u jkollok tibdilhom iżjed malajr?

Dawn huma dawk li m’għandekx titfa’ fid-dishwasher:

  • Skieken ta’ kwalità b’ponot tajbin
  • Taġnijiet li ma jeħilx l-ikel fihom. Dawn huma fini.
  • Materjal tal-ħadid (Pots tal-ħadid) m’għandhomx jintefgħu ġo dishwasher. Dawn kapaċi jsaddu iżjed jekk isir hekk.
  • materjal tal-plastik u kontenituri b’dan il-materjal.
  • insulated travel mugs; li nużaw biex inġorru l-kafè fih jew inkella l-moda ta’ issa, water bottles li jkunu insulari. Dawn kapaċi tintilfilhom is-saħħa tagħhom minħabba l-jet pressures tad-dishwasher
  • Bla dubju, balla affarijiet f’salt. Kollox jgħid ‘aħħ’ anke magna. Tgħabbihiex iżjed milli suppost għax se tkissirha!

Bħal kollox, kollox fih it-tajjeb u l-ħażin tiegħu. Il-kumdità sabiħa u komda imma fiha prezz ukoll.

Attent x’titfa’ f’dan il-każ, fid-dishwasher, la qed niddiskutu lilha, għax kapaċi tiġik iz-zalza għola mill-ħuta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com