7 modi effettivi ta’ kif iżżomm ruħek hydrated
Kemm nisimgħuha din! “Ixorbu l-ilma, ixorbu l-ilma”. Speċjalment fis-sajf. Imma l-ilma huwa tajjeb li jinxtorob dejjem mhux fis-sajf biss, għal bosta raġunijiet. L-ilma huwa tajjeb ħafna għas-saħħa, għall-ġilda, għall-għajnejn u għas-sistema diġestiva.
Dawn huma l-modi kif iżżomm ruħek hydrated:
- Tiekol il-ħaxix u l-frott
- Tixorb ilma bit-togħma
- Mal-kafè u t-tè
- Chewing gum
- Likwidi bħal smoothies
- Tixrob il-ħalib li fih l-ilma minnu nnifsu
- Bla dubju, tieħu tazza ilma litteralment ma’ kull ħaġa li tiekol
Jekk tagħti kas l-awrina tiegħek, tinnota li jekk tkun qed tixrob ħafna ilma, din tiċċara. Dan huwa sinjal tajjeb. Imma li żżomm ruħek hydrated jista’ jsir ukoll matul illejl. Dan billi żżomm il-kamra b’ventilazzjoni tajba u tevita li tħalli xemgħat mixgħula.
Meta l-ħalq ikun xott, ikun sinjal li għandek bżonn tixrob imma ma hemmx għalfejn tistenna hekk biex tiftakar fl-ilma. Illum saru moda l-flixkien saħansitra bil-livelli mmarkati ta’ kemm għandek tixrob ilma sa ċertu ħin. Dan jgħinuna niftakru li rridu nixorbu.
Bla dubju, l-akoħol ma jaqax mal-lista li jgħinek iżżomm hydrated. Attenti.