Aħjar ħabib fis-suq minn mitt skud fis-senduq!

Dan il-qawl Malti huwa antik ħafna tant li fir-rigward tal-flus, isemmi s-skud li kienu flus ta’ żmien il-kavallieri.
Jirreferi għall-fatt li aħjar ikollok ħabib veru milli trekken flusek għax bi flusek veru tagħmel triq fil-baħar, imma bla sapport ma timxix.
Il-kuntest li fih inħoloq dan il-qawl forsi jirreferi għal żmien ieħor fl-istorja Maltija fejn kien ikun tajjeb li jkollok ħabib tajjeb inkella malajr tispiċċa mixli u tispiċċa quddiem l-Inkwiżitur f’ħakka t’għajn.
Maż-żmien, dan il-qawl baqa’ tant popolari anke sal-ġurnata tal-lum fejn nirreferu għal ħabib tajjeb f’mumenti iebsa.
Ħabib tajjeb huwa dak li joffrilek umbrella u kenn waqt maltempata, tarka tajba waqt battalja u qalb għal matul ħajtek kollha mhux meta jfettilu biss.