Aqra: 8 Affarijiet li trid tagħmel filgħodu biex tkun produttiv
Filgħodu malli nqumu kapaċi nħossuna ġġammjati u ma nkunux nafu sew kif se naqbdu nibdew. Dan forsi sakemm niġu f’tagħna. Imma hawnhekk se noffrulkom 8 affarijiet li għandek tagħmel biex tevita li teħel u hekk ikollok ġurnata produttiva.
- L-ewwelnett, prepara x’se tilbes mil-lejl ta’ qabel. Forsi fil-mument ma jkollokx aptit … imma tieħu gost biha filgħodu għax tevita li taħli ħafna ħin u konfużjoni dwar x’se tilbes jew tgħaddi.
- Ibda bi ftit eżerċizzju bażiku, imqar mixja żgħira jew ftit stretching id-dar. Dan jgħinek biex iċċaqlaq ġimsek u tistreċċja l-muskoli li b’mod awtomatiku jtuk spinta enerġetika għal matul il-jum.
- Ħu kolazzjon nutrittiv u li jżommok. Li tibda l-ġurnata b’xi ħaġa tajba, friska u b’vitamini tajba, jgħinek tiffunzjona aħjar. Spiss nisimgħuha, li l-aħjar ikla tal-ġurnata hija l-breakfast/kolazzjon.
- Fassal il-ħsibijiet tiegħek speċjalment dawk li jirrikjedu ħsieb ċar u ta’ ċerta attenzjoni. Filgħodu nkunu għadna friski u b’ġurnata quddiemna. Dan huwa l-mument li niffunzjonaw sew bla ebda irritazzjoni.
- Agħmel lista ta’ x’għandek tagħmel. Din tigwidak matul il-jum u int tkun bi pjan ta’ fejn sejjer, x’se tagħmel, lil min se ċċempel jew tibgħat eċċ, eċċ.
- Ifrex is-sodda. Forsi din ħafna jarawha żejda imma mhix. Li titlaq mid-dar u tħallieha f’ordni, ittik serħan il-moħħ. Immaġina la tasal lura d-dar wara ġurnata xogħol u ssib il-kamra tas-sodda ta’ taħt fuq. Hekk qatt ma tħossok issetiljat u tħossok instabbli.
- Organizza l-ħsibijiet. Ippjana u aħseb b’mod kreattiv u b’moħħ miftuħ. F’dan il-ħin tal-ġurnata nkunu għadna friski u nirraġunaw ħafna aħjar milli filgħaxija wara ġurnata li kapaċi tkun ftit stressanti.
- Ikteb x’qed taħseb. Dan jissejjaħ ‘journal.’ Sirna nisimgħu spiss u tintuża ħafna. Hemm min jagħmilha filgħaxija wkoll biex ngħidu kollox fejn jaqsam il-ħsibijiet li għaddewlu matul il-jum. Il-journal jgħinek tirraġuna miegħek innifsek dwar kif qed tħossok, x’qed taħseb u x’tixtieq, fejn inti tkun kapaċi taċċetta r-realtajiet tiegħek u fejn tħossok li m’intx komdu, tirsisti biex tibdel.
X’taħsbu dwar dawn? Nawgurawlkom li jkollkom filgħodu tajjeb b’enerġija pożittiva.