Fetish tas-saqajn? Iva smajtu sew u hawn ħafna jħobbuhom

 Fetish tas-saqajn? Iva smajtu sew u hawn ħafna jħobbuhom

Tidħqux u tiskantawx. Hawn ħafna iżjed fetishes strambi milli sempliċiment għas-saqajn. Għall-ponta taż-żarbun, għall-underwear, għall-widnejn … dawn donnhom ikunu marbuta sew mal-erotiċiżmu. Tas-saqajn waħda minnhom, anzi aħjar tal-pali tas-saqajn.

Hawn min litteralment ikun se jiżvina bl-orgażmu tant kemm jgħoġbuh … u mhux kull sieq e. Dawn bħall-bniedem; ma jgħoġbokx kulħadd. L-istess il-pali tas-saqajn. Hawn min ikun irid ibushom, jilagħqhom jew ixommhom. Jew almenu, imisshom!

Li jkollok fetish għas-saqajn tissejjaħ podophilia. Hemm min imur pass oltre u jkun iħobb saħansitra r-riħa tagħhom jew inkella tal-kalzetti jew il-kalzetti nfushom. F’każ ta’ raġel, ikun iħobb il-vini mqabbżin u l-għamla tagħhom u fil-każ ta’ fetish lejn sieq ta’ mara, jekk ikollha dik in-naqa ta’ brazzuletta, ħoll xagħarek u ġib iż-żejt. Tajba hux!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com