Fl-ewwel date titbewwes jew ikun kmieni?
Hussss kemm se jikkummentaw. Ħeqq, hija prattika komuni le? Intom fl-ewwel date, tkunu qed tistennew l-ewwel bewsa? Jew forsi taraw li jkun għadu kmieni u forsi tużaw l-ewwel date biex titkellmu ftit?!
Diment li ż-żewġ partijiet jaqblu, ma hemm xejn ħażin li ssir l-ewwel bewsa. Imma tħossokx ħażin jekk din ma ssirx. Forsi din id-date kienet biss darba u l-pjanijiet għalik għadhom ġejjin.
Hemm min iħossu komdu jagħti l-ewwel bewsa wara ftit żmien joħorġu flimkien. Fil-verità, ma hemmx x’suppost u mhux. Trid tiġi minnek u kif tkun qed tħossok dak il-ħin. U anke kif tħossok wara b’dak li jkun seħħ.
Għalkemm kien hemm min ikkumentalna li ta’ din il-paġna għandna saħna kbira, kien hemm ħafna oħrajn li qalulna li japprezzaw li nsemmu suġġetti li huma reali u kurrenti fil-ħajja tagħna, u li xorta għad hawn min jarahom taboo fis-sena 2024.
L-iskop tagħna huwa li niddiskutu, nitgħallmu flimkien u finalment, ngħinu lil xulxin. Fil-każ tas-suġġett hawn fuq imsemmi, hemm min iħossu ħażin jew inqas għax ma ħax l-ewwel bewsa fl-ewwel date. Tiskantawx! Dawn huma stejjer veri. Insellmulkom bi mħabba ħbieb.