Għadna nibdew b’karozza second hand jew irridu l-ġdid mill-ewwel?
L-influwenza li nidhru l-aqwa, l-aħjar u b’saħħitna fl-istatus għamlet bina u kif.
Dari kont tibda titgħallem il-karozza dlonk kif tgħalaq it-18-il sena. Hekk isir illum … forsi anke minn ftit qabel ħalli tidra u malli tiċċelebra għeluq sninek, tapplika għat-test.
Imma dari wkoll kienet prassi li l-ewwel tibda b’karozza second hand ħalli f’każ ta’ inċident, għaliex ma tkunx imdorri biżżejjed fit-triq, ma kontx tkisser karozza ġdida.
Issa ħa nagħmlu distinzjoni, hemm karozza second hand u karozza second hand. Altru qed ngħidu xi karozza li tkun ilha li ħarġet bħal xi Hyundai mill-passat jew ikollok xi BMW second hand li xorta waħda jkollha valur għoli.
Imma llum, iż-żgħażagħ iridu jidhru ‘powerful’ fl-istatus tagħhom? Jekk tmur sal-parkeġġi tal-Università, għadek tara karozza antiki (jekk nistgħu nsejħulhom hekk – past versions) jew karozzi xi ftit lussużi minn kmieni? Xi jfisser dan? Juri kif qed nidraw ngħixu minn kmieni?
Iwassal biex l-iskopijiet tagħna jibdew ikunu għolja malajr u allura, iżjed ma nikbru, nidraw li rridu iżjed? Qed nagħtu ċans nimxu t-traġitt tal-ħajja pass pass, jew irridu nsiru ta’ klassi mill-ewwel?
Ftit ‘food for thought’.