Għaliex ħafna nies idejjaqhom Jannar?
Xahar li trid tgħaddi minnu bilfors inkella ma jgħaddix iż-żmien u jaslu xhur oħra. Nibdewh sabiħ biz-zinn zinn bumm bumm … Is-Sena t-tajba.
Imma dlonk kif jintfwew il-festi niftakru f’dawn;
- Id-dieta
- L-ispejjeż li nfaqna xahar qabel
- Li l-paga fadlilha biex tidħol
- Li fadal 11-il xahar ieħor sakemm nerġgħu nidħlu għal żmien iċ-ċelebrazzjoni sfrenata tal-Milied. Insomma, 9 jekk mhux 8 għax hawn min jidħol fl-ispirtu tal-Milied minn Ottubru.
Dan huwa xahar kiesaħ fir-rigward tat-temp. Huwa x-xahar li fih trid tfakkar lilek innifsek li fil-bidu tiegħu, għamilt riżoluzzjonijiet. Issa li llum l-aħħar tax-xahar, kemm ġa żgarrajt minnhom?
Hemm min jarah bidu ġdid u hemm min jarah anti climax wara l-Milied u jħossu xi ftit dipressat.
Ħafna xogħol irid jitwettaq ukoll f’Jannar hekk kif fil-ħsieb ikun hemm li bidu tajjeb, iwassal għal tmiem tajjeb.
Insomma, ikkalmaw. Kollox jgħaddi. Għada Frar. Jum wara l-ieħor, pass wara pass … u ż-żmien dejjem għaddej.