Għaliex il-karozza Porsche tibqa’ speċjali u unika?
Li jkollok Porsche ttik timbru li int sinjur. Huma karozza affidabbli, serji u smart. Ituk esperjenza waqt li ssuqhom. Tħossok king kif jgħidu ż-żgħażagħ.
Min jifhem sew fil-karozzi, jgħidulek huwa worth it li tonfoq fuqha. Ġewwa tagħha jkun magħmul minn ġild pura, b’uċuh tal-metall, kumdità u kollox sofistikat. Il-vjaġġ huwa wisq rilassanti anke f’każ ta’ toroq imħarbta għaliex għandhom sistema apposta li jadattaw għal wiċċ it-triq li jsibu.
Din id-ditta ilha tipprovdi karozzi sportivi għal madwar 70 sena, b’ kull mudell ġdid, kull darba jsaħħaħ id-dehra, l-innovazzjoni u l-effiċjenza fil-magna apparti li jimmeljora d-disinn u t-teknoloġija
Is-sistema ta’ dawl fuq ġewwa huwa ta’ barra minn hawn tant kemm hu sabiħ. Għandhom ukoll sistema ta’ arja kkundizzjonata li mhux sempliċiment tixgħel l-ac jew heater biss imma jadattaw għall-klima.
E ħija, il-flus mhux kollox veru, imma jtuk l-esperjenzi.