Għandkom dak il-ħabib/a li jibla kollox?

Ikunu ħelwin dawn. Idaħħkuk naqra fost il-ġenn tal-ħajja tal-lum.
“Smajt x’ġara lbieraħ? Tgħidx kemm tefgħu ilma l-Belt biex jagħtu bidu għall-festa Indjana? Ehe, veru … iii kif inqtajt jien m’għadni nara xejn.”
“Irbaħt is-super 5” – “iiii veru jew u ejja?”
Jissejħu kredenti bil-Malti, credulous bl-Ingliż. Hija kelma li ġejja mil-Latin, credulus.
Huwa nies li mingħajr ma jisimgħu jew jaraw fatti jemmnu. Ma hemm xejn ħażin, anzi niggustawhom imma skont shiex. Alla ħares tkun fil-politika!!!!!!!