Għandu dritt kostitwent jgħajjat mal-politiċi?

 Għandu dritt kostitwent jgħajjat mal-politiċi?

Ejjew ngħiduha kif inhi … spiss tinstema l-għajta li l-politiċi ssibhom meta tiġi elezzjoni … imma dan veru? Kif ma ngħidux ukoll li kostitwent jinqeda darba, jkun irid it-tieni, it-tielet u kemm baqa’ iżjed? Ma tantx ikun ħallielu l-libertà li jarah x’ħin toqrob l-elezzjoni biss lill-politiku, b’din ir-rata ta’ talbiet. Darba, tnejn, tlieta, erbgħa … la ma qdiekx mal-ħamsa “pu għalih, issa jiġi jħabbat!!!”

Kif donnu fejn irridu ngħidu li l-minoranza tbati u f’dan il-każ li qed nitkellmu fuqu issa, il-poplu huwa kbir u l-minoranza hija l-faxxa tal-politiċi… ma ngħidux l-istess?

Il-bniedem dejjem irid? Jippretendi u jassumi? Mhux se nidhlu fuq is-suġġett ta’ paraguni u taqbil, imma naħsbu li fl-aħħar mill-aħħar, hu min hu l-bniedem jibqa’ uman ukoll le?

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com