….Għax int teacher

 ….Għax int teacher

“Għax int teacher, suppost” … frażi li tismagħha bħal donnu hawn min jistenna li l-għalliema jafu kollox. Ma jistgħux jiżbaljaw u jrid ikollu għerf inġenerali.

Li tagħmel żball quddiem l-istudenti hija komuni wkoll u hemm għalliema li ddejjaqhom minħabba kif se jidhru quddiemhom. Imma għalliem għandu jkun ċar mill-ewwel u jispjega li hu ma jafx kollox. Speċjalment fil-każ ta’ tagħlim fis-sekondarja u livelli għola fejn l-għalliem ikun speċjalizzat fil-qasam/suġġett tiegħu biss u jkollok istanzi fejn l-istudent se jkun jaf iżjed tagħrif mill-għalliem innifsu.

Din tgħoġobhom lill-istudenti u f’relazzjoni b’saħħitha bejnhom u l-għalliema, iddur fi ġbid tas-saqajn li l-istudent juri li jaf iżjed mill-għalliem. F’dawn il-mumenti, ikun veru.

Imma mbagħad teżisti s-sitwazzjoni fejn xi ħadd fit-triq isaqsik xi ħaġa u int bħala għalliiema ma tkunx taf twieġeb u konxji tal-professjoni tiegħek jgħidulek “int suppost taf ta għax int teacher”

Mhux il-każ. Ħadd ma jaf kollox. Żgur li lill-għalliem tkun qed tniggżu b’xi ħaġa li qatt ma jista’ jkollu tagħrif super ġeneriku fuq kollox u fl-istess ħin, int tkun qed turi li m’intx konxju li għalliem għandu limiti wkoll.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com