Ġurnata bix-showers illum…meta nħolqu?

 Ġurnata bix-showers illum…meta nħolqu?

Kemm-il darba ngħidu, “ħriġt nagħmel qadja, bdiet nieżla x-xita u ħadt shower!” Iżda kontu tafu meta u fejn inħolqot l-ewwel shower?  

 Propju fl-1767, William Feetham li kien magħruf f’Londra bħala disenjatur tal-istufi ħareġ bl-idea tax-shower. Id-disinn tiegħu jagħmel użu minn pompa mħaddma bl-idejn, li timla bħal qisu barmil li jkun imdendel fuq ras il-persuna li qed tinħasel. Malli din tiġbed il-ħabel, il-barmil jixxaqleb u jwaqqa’ l-ilma dirett fuqha. Din il-kreazzjoni kienet waħda revoluzzjonarja għal dak iż-żmien hekk kif sabet mod aktar effiċjenti kif wieħed jista’ jinħasel mingħajr ma jaħli ħafna ilma. 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com