Ħafna rigali jfuħu … mingħand Areon għall-Pulizija

 Ħafna rigali jfuħu … mingħand Areon għall-Pulizija

Rigali jfuħu mingħand Areon, Enemed flimkien ma’ Danusan marru għand il-Pulizija. Ilkoll nafu x-xogħol tagħhom kemm huwa siewi u ta’ min dejjem napprezzawh. Pajjiż bla ordni u għajnuna mingħandhom, ma jimxix.

Danusan żaru membri minn sezzjonijiet differenti tal-korp tal-Pulizija u ppreżentawlhom rigali mingħand Areon. Areon joffru għażla vasta ta’ fwejjaħ għall-karozzi, għad-djar u għall-uffiċċji b’varjetà ta’ fwejjaħ differenti li jolqtu l-gosti ta’ kulħadd. Dejjem sabiħ li xxomm irwejjaħ ifuħu milli l-kontra, mhux hekk?!

Daniel ifakkar biex jekk intom il-pubbliku tafu lil xi ħadd membru fil-korp tal-pulizija, itteggjah fil-kummenti u b’hekk tkunu qed turu l-apprezzament tagħkom.

Tkompli l-kampanja ta’ rigali u apprezzament mingħand id-Danusan flimkien ma’ Enemed u bosta benefatturi li qed joffru r-rigali minn qalbhom.

Grazzi tal-ġenerożità.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com