Ħsibna fil-qtates, ħsibna fiż-żwiemel u llum, imiss il-klieb
Enemed, Danusan u għal darb’oħra Petland erġajna ferraħna u apprezzajna l-ħidma ta’ entità li tieħu ħsieb il-klieb din id-darba; l-AAA – Association for Abandoned Animals.
L-AAA kif tafuha intom, hija organizzazzjoni mhux profitabbli li twaqqfet biex tagħti kenn lil klieb li jkunu salvati biex dawn jgħixu f’ambjent san u tajjeb għalihom fejn grupp ta’ voluntiera jtuhom ħafna mħabba, kura u l-attenzjoni li jkollhom bżonn. Bla dubju dawn ikollhom bżonn ħafna ikel biex isostnu lil dawn il-ħafna klieb ħelwin.
Petland għabbiena sew b’ għadam li jħobbu l-klieb, ikel fil-bottijiet kollu naturali (canned food) u anke zalzett li dawn kollha huma fost l-iktar affarijiet li jħobbu l-klieb. Żorna l-AAA fejn l-appell tagħhom kien biex ma nabbandunawx l-annimali u ma naħqruhomx filwaqt li ħeġġet lil min isegwi l-filmat, biex tagħmlu bħalna u tagħtu l-għajnuna tagħkom li hija importanti u ferm apprezzata.
Żuru https://aaamalta.com/ biex taraw kif intom ukoll tistgħu tgħinu u tkunu qed trabbu lil dawn l-annimali bl-għajnuna qalbiena tagħkom.