Huwa minnu li l-Kafè tajjeb għas-saħħa u jgħinek tgħix iżjed?

 Huwa minnu li l-Kafè tajjeb għas-saħħa u jgħinek tgħix iżjed?

Il-Kafè hemm min jarah bżonn. Ħafna jgħidulek li ma jiġux f’tagħhom jekk ma jibdewx b’belgħa kafè filgħodu.

Esperti internazzjonali jgħidu li l-kafè fih nutrijenti bħal potassju, kalċju u iżjed ingredjenti li jsaħħu s-sistema immunitarja tal-bniedem. Ovvjament, mhux kull kafè li nsibu għall-bejgħ fih in-nutrijenti kollha ideali. Skont x’kafè tieħu. Hawn min huwa ffissat fuq it-tipi differenti ta’ kafè li jeżistu speċjalment dawk li ġejjin minn pajjiżi fejn ikabbru l-pjanti li minnhom jagħmlu l-kafè.

Jingħad li biex tgħin saħħtek, ma rridux naqbżu bejn 2-5 tazzi kafè kuljum. Jekk nieħdu dawn, inkunu qed innaqqsu l-possibbilità tad-dijabete, problemi tal-qalb, tal-fwied, kankri differenti, parkinson’s disease u anke d-dipressjoni. Jingħad ukoll li n-nies li jixorbu l-kafè, inaqqsu r-riskju li jmutu kmieni.

Tgħid?!

Ovvjament bħat-tajjeb hemm il-ħażin … ħafna kafè kapaċi jqabbdek l-ansjetà, allura tajjeb li nimmoderaw.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com