Huwa normali li tibda tinsa malli tagħlaq l-erbgħin?
Kważi tiskanta kif ftit hawn tagħrif dwar x’jiġi fil-midlife crisis – fl-età medja ta’ ħajjitna. Il-bidla fil-memorja tagħmel tagħha. Persuna tibda tinsa iżjed spiss fejn ipparkjat jew fejn ħalliet iċ-ċwievet, u jekk ħaditx il-mediċini.
Bidliet fil-moħħ marbuta mad-dimensja huwa mifhum li jibdew anke kmieni u dan il-fatt jidher li qed iżid maż-żmien. Tajjeb għalhekk li nkunu mgħarrfa dwar x’bidliet fil-moħħ huma normali u mhux inkwetanti, vis a vis dawk li huma ta’ tħassib.
Madanakollu, f’esperiment li sar mill-ġurnal Neurolmage, professjonist bl-isem ta’ Rajah sab li għalkemm huwa minnu li nies li jaqbżu l-40 forsi jkollhom tibdil fil-mod kif jiftakru, imma dan mhux ghax huwa nuqqas jew għax relatat bilfors ma’ dimensja futura.
Spjega kif persuna f’etajiet differenti tara informazzjoni quddiemha b’mod differenti anke jew kategoriji ta nies differenti, ikunu qed jaraw l-istess ħaġa.
Tajjeb li ma nippanikkjaw qatt għal kull stadju tal-ħajja li ngħixu iżda dejjem tajjeb ukoll, li nagħtu kas u nieħdu ħsieb. Kif jgħidu l-Ingliżi; Better safe than sorry.