Idejqek min jobżoq fl-art?
Dan huwa ġest li kien komuni ħafna. Forsi għadu jsir. Dari kien hawn anke nies jgħidulek “skużani u jobżqu fl-art”. Forsi ġejja minn kultura antika li kważi kważi kienet aċċettata bħala natura.
Imma hija xi ħaġa edukata? Ir-risposta tista’ tkun: “X’nagħmel niblagħha?” Ħeqq!
Id-dar tobżoq fl-art? U ajma … naqra rispett! Mela barra l-mandra tiegħek jew?!
Fiċ-Ċina, li tobżoq hija xi ħaġa normali. Mhux talli hekk, talli mhux barra biss, imma anke ġewwa. Simili wkoll isir fl-Indja, fl-Indoneżja u anke fl-Emirate tal-Għarab magħquda.
Intom x’taħsbu?