Il-bniedem jinbidel … jista’ jisbieħ imma anke jikrieh!

Din ma tantx naċċettawha; li ninbidlu. Tant u hekk, li malli nikbru u xi ħadd jgħaddi kumment dwar l-istat tagħna issa, spirtu pront tkun ir-risposta: “lili mhux issa trid tarani, taf kemm kont ħelwa u rqiqa” u kummenti/risposti simili hekk.
Dan juri li l-bniedem mhux dejjem jaċċetta l-mument u jeħel ma’ stanzi fejn kien aħjar. Bla dubju, hija naturali li tiġri. Kulħadd jixtieq jidher l-aqwa.
Imma ż-żmien itir u ma jistenna l-ħadd. Hekk hi l-ħajja. Għalhekk spiss issir enfasi biex napprezzaw il-mument, għaliex dak li għandna issa, inkluż kif nidhru, mas-snin kapaċi jsir passat għaliex ser ninbidlu żgur.
Hemm min jisbieħ! Hemm min jikrieh!