Il-Group chats; joħolqu problemi?
Il-famużi group chats. Fihom ħsieb. Titli, emojis, laqmijiet … ċajt, xogħol, tqasqis, bżonn… dawn kollha huma l-karatteristiċi tagħhom.
Hemm group chats meħtieġa biex torganizza xi ħaġa; attività, ikla, avveniment ta’ sorpriża jew anke f’postijiet tax-xogħol biex wieħed jiddiskuti fihom flok joqgħod jibgħat wieħed wieħed u waħda waħda.
Imma mbagħad ġieli jiġri li fost il-grupp, jinħolqu gruppi oħra apparti, biex ‘hawnhekk nitkellmu bejnietna’ bil-konsegwenza li ġieli tiżbalja f’liema tikteb u tgħid xi ħaġa li ma tkunx tridha tasal għand l-oħrajn u dan joħloq rebus.
Ġraw każijiet fejn xi ħadd jinkixef li jkollu għal xi kollega. Jinkixef xi jkun qed jaħseb jew littrealment jinkixfu li għandhom group chat ieħor bil-moħbi tal-oħrajn allura tinħoloq xi ftit firda u paranoia li l-grupp mhux magħqud tassew.
Jista’ jkun li tgħoġbok il-boss u tgħaddi xi kumment fuqha u titfgħu fil-group chat fejn hemm hi 🙂
Jekk se toħloq group chats diversi, importanti li tiftakar isimhom u tikteb b’kawtela fil-grupp it-tajjeb. B’hekk tevita saram bla bżonn. U la hemm il-possibilità ta’ group chat għal ħajja iżjed faċli, għaliex le?! Imma wieħed irid joqgħod attent.