Il-GU Clinic – Importanti li ma niddejqux niċċekkjaw

 Il-GU Clinic – Importanti li ma niddejqux niċċekkjaw

Total ta’ 7,280 persuna żaru l-GU clinic matul is-sena 2023; l-iżjed ammont li qatt kien hemm f’dawn l-aħħar snin.

Il-GU clinic jopera b’kunfidenzjalità assoluta. L-ebda informazzjoni ma tingħata mingħajr il-permess tal-pazjent innifsu.

Hemmhekk tista’ tittestja ruħek kontra mard infettiv marbut mas-sess fosthom HIV, STD’s (Sexually Transmitted Disease) u kundizzjonijiet oħra relatati ma’ dan is-suġġett.

Il-pazjenti jingħataw kodiċi u dan in-numru jidher fir-riżultati mingħajr ma jkun hemm bżonn li jidher ismek u dettalji personali. Anke meta ċċempel għal xi riżultat bit-telefon, inti tagħti biss il-kodiċi li jkunu tawk.

Dan huwa servizz b’xejn u tista’ ċċempel +356 25457491 biex tibbukkja appuntament.

L-importanti li tkun onest meta tmur għal check up. Wara kollox, għalik. Jekk ikun hemm xi dijanjosi kapaċi tfejjaqha minn kmieni.

Agħmel sforz u ċċekkja, qabel ikun tard. M’għandekx minn xhiex tistħi jew tiddejjaq. Il-GU clinic qed hemm għas-servizz tiegħek.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com