Il-leblieba tal-ħelu u t-tnaqqir quddiem it-televixin
![Il-leblieba tal-ħelu u t-tnaqqir quddiem it-televixin](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2024/01/Web_Banner_4-1-1-850x560.png)
Tkun għamilt ġurnata perfetta f’dik li hija attenzjoni x’tiekol u ma tikolx imbagħad tfotti kollox mid-21.00 l’hemm. Ma tkunx tiflaħ tissaporti quddiem it-televixin mingħajr ma tomgħod xi ħaġa.
Forsi dan jiġi mill-fatt li dak il-ħin inti tkun kalm u rilassat mingħajr stress u taħbit. Tant tkun għaddej minn ħaġa għall-oħra matul il-jum, li taljena. Imbagħad filgħaxija l-moħħ jikkalma u bla ma trid tħossok li trid tiekol.
Tiġrilkom lilkom? Xi tnaqqru l-iżjed filgħaxija? Kemm tinħaraq wara hux? Tgħid għamilt ġurnata tajba u fottejtha fl-aħħar ftit.
Inkella żomm frott imqatta jew taħlita ta’ lewż u ġewż … imma xorta bil-qies. Dixxiplina!