Il-Malti skrupluż u jridha ta’ qaddis imbagħad dimonju fil-moħbi?

 Il-Malti skrupluż u jridha ta’ qaddis imbagħad dimonju fil-moħbi?

Ehhh jaħasra. Ngħajjew naqraw kummenti ta’ nies jiskandalizzaw għax semgħu l-frażi ‘l-bajd barra’ u ‘kif toħodha l-banana’. Kemm aħna dojoq fejn irridu.

La qed noffendu l-ħadd u qas inweġġgħu. Mhux talli hekk, talli dawk li jgħidu li ma ħaqqnhiex min isegwina, jħallielna kumment u jkun qed isegwina hu stess bla ma jinduna jew jirrealizza.

Imma nsomma… qatt ma tista’ tgħoġob lil kulħadd. Fil-verità, kemm aħna dojoq bħala poplu? Din spiss kienet tissemma fl-istejjer ta’ Malta fl-antik fejn persuna kienet turi mod u tkun ieħor, titkaża b’xi ħadd u tkun agħar minnu …. imma fil-verità, dawn għadhom jiġri u jsiru … għad hawn min iridha li hu mħallef tas-sewwa magħruf mentri wara l-purtieri ta’ daru, ħadd ma jaf x’qed jagħmel.

Mela ejjew nitgħallmu ftit biex flok niskruplaw, nitgħallem ngħidu ‘pass’; din ma tgħoddx għaliha u ħallieh iħabtu l-bajd min irid iħabtu Manannnnnnn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com