Il-Maltin iħobbu jilagħqu?

 Il-Maltin iħobbu jilagħqu?

Ġejja mill-ambjent storiku li pajjiżna dejjem ħaddan b’bosta ħakkiema barranin imexxu lil Malta. Allura ttieh tort lill-poplu Malti li dari kien jipprova jidher ħelu u jintgħoġob mal-barranin li kienu s-sidien ta’ Malta tagħna biex forsi jieħdu xi ħaġa? Jew almenu ma jgħaksuhx?!

Imma din donnha baqgħet evidenti ħafna llum fejn qisha fid-demm li ssib ħafna nies lokali li kważi jaduraw lill-politiku u anke jinfexxu jfaħħruh fuq facebook. “Prosit Ministru, ibqa’ sejjer hekk.” Anke forsi fil-mument ma jkunx sejjer tajjeb.

Imma x’jista’ jieħu mill-Ministru l-poplu? Dak li jieħu mhux bi dritt? Mhux għax ikun twettaq għall-poplu? Għaliex persuna individwali tfaħħru pubblikament? Ħa nibdew hekk: kulħadd għandu dritt jagħmel li jrid u li jħoss. Hemm min ifaħħar b’mod ġenwin u hemm min jipprova jidher sabiħ.

Forsi jkun hemm min jixtieq xi pjaċir jew irid xi mpjieg. Hemm min tkun fin-natural tiegħu li jagħmel hekk għax ikun mingħalih qed iżid is-sapport lejn il-partit tiegħu. Hemm min ikollu grazzja mal-politiku wkoll.

Imma qisha baqgħet fina din li rridu nidhru ħelwin… taqblu?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com