Il-Maltin saru jridu l-lussu?
Kemm ngħixu ta’ li aħna u nippreżentaw ruħna ta’ li aħna? Jew inkella, nuru stampa oħra li ma tkunx il-veru aħna?
Għaliex nagħmlu hekk? L-influwenza ta’ xulxin hija tant qawwija fuqna li taffettwana u rridu nuru li aħna sta bene bħal dak u dik u forsi ma nkunux?
Għaliex niddejqu nkunu ta’ li aħna?
Dawn huma kollha mistoqsijiet li meta tistaqsiehom lilek innifsek, suppost jgħinuk tifhem ukoll minn fejn qed inġibu stress żejjed fuq ħajjitna!
Irridu nkunu aħna u mhux ngħixu f’fantażija. Din il-fantażija taf toħloq ansjetà, stress u ġenn bla bżonn mentri jekk napprezzaw dak li għandna, ikollna biżżejjed biex lill-Alla ngħidulu grazzi kuljum.
Dan il-kuntest jista’ jinħoloq ukoll minħabba l-fatt li aħna pajjiż żgħir u li naffettwaw ħafna lil xulxin f’diversi aspetti; moda, ġesti, attitudnijiet u anke kif nidhru. Tajjeb li naħsbu fuq dak li hu tajjeb għalina qabel nintelqu f’tiġrijiet bla bżonn.