Int il-bajd iżżommu barra jew ġewwa?

Li tħalli l-bajd ġewwa fridge suppost huwa rari. Imma f’pajjiżna donnu kulħadd iħobb idaħlu ġewwa ħa jiksaħ. Moħħna biex inkessħu kollox!
Dan żball fil-verità. Il-bajd m’għandux bżonn ikun imrekken … ħallieh liberu xejn xejn toħloq spazju fil-fridge tiegħek u hekk huwa fin-natural tiegħu; frisk u barra.
Il-qoxra tiegħu nnifsu tipproteġieh u m’għandek bżonn tiksieh bl-ebda forma tal-plastik miegħu għax ma tkun qed tferrħu xejn.
Kif joħroġ mit-tiġieġa, aħslu u ħallieh paxxut. Meta jkollok aptitu, ħabtu tnejn, ifqa’, sajjar u kul.