Int tiblagħha jew toħodha bil-mod?

Hemm min jigdimha u f’radda ta’ salib jagħmilha dominus vobiscum u hemm min jigdimha biċċa biċċa u jieħu pjaċir igawdieha.
Qed nirreferu għall-banana. Frotta bnina li fiha benefiċċji kbar fosthom il-potassju. Tgħinek ukoll fid-diġestjoni u kontra l-mard tal-qalb.
Il-kantanti jemmnu fiha ħafna għaliex jgħidu li tillubrikalhom il-garġi. Tajba wkoll għad-dieta għaliex fiha ftit kaloriji u timliek fl-istess ħin.
Imbagħad issib min għandu fobja għaliha … tressaqlux banana lejh għaliex jitlaq jiġri.
Safra jew ħadra; issib min iħobbhom it-tnejn. Banana kuljum ma tagħmilx ħsara.
Imma int kif toħodha l-banana? Tiblagħha f’sekonda jew toqgħod tieħu gost tigdimha bil-mod?!