Ir-Re Karlu tal-Ingilterra ħa jirreżenja?
Ir-Re Karlu qed jaffaċċja bidu tas-sena ftit antipatku. Kulħadd qed jiddiskuti għandu jagħmel kif għamlet ir-Reġina Margrethe II tad-Danimarka li abdikat ftit jiem ilu u għaddiet ix-xetru lil Frederik X.
Skont Newseek.com, jidher li hemm għajta biex Karlu jgħaddi t-tron lil ibnu William u jsir Re hu. Dan sar ukoll minn The Guardian li s-soltu huma ħafna favur il-familja rjali imma kitbu wkoll biex Karlu jħabbar meta se jabdika.
Intqal ukoll li nbniet xi ftit tat-tensjoni fejn Karlu u William stess minħabba li l-Prinċep irid jikkontrolla kollox hu.
Sorsi mill-Palazz Buckingham qalu li hemm differenza kbira bejn iż-żewġ persuni fejn Karlu jiddejjaq ħafna min jgħidlu x’għandu jagħmel filwaqt li William imexxi iżjed l-affarijiet li għandhom isiru. Mill-banda l-oħra kien hemm min sostna li William u Kate jieħdu iżjed fit-tul biex iwettqu xi ħaġa u m’għandhomx il-vibe li għandu Karlu.
Min jaf?! Aħna ħsibna li se narawh Malta lil Karlu … forsi jiġi, jew jiġi William ma’ Kate bħala Re, jew ma jiġi ħadd … U hawn ħafna minnkom qed jgħidu “u jagħmlu li jridu!”