It-tagħlim tad-Duttrina għandu jkun bl-Ingliż?
F’pajjiż multi-kulturali b’bosta barranin jgħixu fostna, il-poplu bla ma jrid qed jirrealizza li ħafna minn dak li qabel anqas biss konna naħsbu fuqu; il-lingwa, issa qed isir l-ordni tal-jum u fejn tmur, trid tkun ippreparat li titkellem bil-lingwa Ingliża u mhux bil-Malti.
Fuq dan is-suġġett iqumu bosta kontroversji. Hemm min jgħid li qed isir għaġeb għalxejn għaliex l-Ingliż huwa wkoll lingwa uffiċċjali ta’ pajjiżna flimkien mal-Malti u hemm min jgħidlek li qed inwarrbu l-ilsien tagħna u bil-mod il-mod hemm ċans li dan jintilef.
Issib ċirkostanzi fejn persuna ma tkunx taf tikkomunika sew bl-Ingliż u ssib ruħha f’diffikultà f’pajjiżha stess. Dan jurta ħafna nies. L-iżjed qasam magħruf għal din il-prattika huwa l-catering fir-ristoranti fejn ħafna waiters ikunu barranin. Post ieħor huwa l-qasam tas-saħħa u l-anzjani fejn issib bosta carers li ma jitkellmux bil-Malti; post li dak li jkun ikun irid iserraħ moħħu li qed jinftiehem sew għax fejn tidħol is-saħħa, kulħadd japprezza l-aħjar servizz.
Issa d-duttrina. Kappillan li xtaq jibqa’ anonimu qalilna li waqt żjarat lill-familji, iltaqa’ ma’ familja li stqarret miegħu li binhom mhux jifhem bil-Malti t-tagħlim tad-Duttrina u qed iħossu skomdu tant li s-superjur tiegħu qed ikollu jieqaf kull darba u jerġa’ jispjega bl-Ingliż.
Intom x’taħsbu fuq dan il-fatt?