It-temp il-Ħadd 7 ta’ Jannar

U veru ser insiefru, b’dan ir-riħ kollu!!
Illum il-Ħadd 7 ta’ Jannar, it-temp huwa imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita, lokalment bir-ragħad, bil-buffuri tar-riħ u bis-silġ, li jsir pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet iżolati tax-xita jew tas-silġ. It-temperatura l-ogħla tmiss 15 °C u l-inqas hija ta’ 12 °C. Viżibilità tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita.
Twissija ta’ ħafna riħ qawwi Punent Majjistru forza 7 għal forza 8 qawwa ta’ riefnu għall-ewwel li jsir mill-Punent forza 6 lokalment għal forza 7.