Jekk ma tistax torqod … Aqra dan ħa tara x’għandek tagħmel.

 Jekk ma tistax torqod … Aqra dan ħa tara x’għandek tagħmel.

Hawn ħafna min ibati bl-insomnia; jiġifieri l-problema biex persuna torqod. Jista’ jkun ukoll li din iġġiegħelek tqum kmieni u ma tkunx tista’ terġa’ tkompli r-raqda tiegħek.

Hija kkawżata minn bosta fatturi fosthom stress. Ehhh din il-kelma kemm tidħol f’kollox u kullimkien. L-ansjetà, ambjent ħażin li fih torqod, ħafna dawl, storbju, xogħol eċċessiv u xi sustanzi, ma jgħinuk xejn biex torqod. Anzi, huma jagħmlulek minn kollox minn barra jħalluk torqod.

Tqażżistu tisimgħuha, imma xorta ma tagħmlux minnu biżżejjed; L-EŻERĊIZZJU huwa dejjem soluzzjoni għal ħafna stress f’ġisimna.

Kul inqas qabel torqod u neħħi l-ħsibijiet. Xi massage tajjeb jgħinek tirrilassa, jew forsi xi ħsejjes tal-għasafar jew ilma nieżel.

Il-fwejjaħ komdi għall-kamra tas-sodda, jiġifieri mhux qawwija, ukoll jgħinuk tħossok komdu u jserħuk. Kultant dawn il-fwejjaħ jistgħu jkunu mill-ħasil tal-lożor stess li jtuk xamma pjaċevoli.

Forsi banju sħun qabel tidħol torqod jgħinek ħafna wkoll.

Punt interessanti u importanti u li forsi ma tantx nagħtu kas, huwa li fis-sodda nħossuna komdi. Hemm min sempliċiment għax jiċċaqlaq il-lużar, itieh estru. Mhux qegħdin niċċajtaw hawnhekk, anzi, tajjeb li dawn l-episodji titkellmuhom mat-tabib tagħkom.

Ħallu l-jum warajkom; li kien kien, li sar sar. Issa strieħu. għid bejnejk u bejn ruħek; nista’ nagħmel xi ħaġa issa? It-tweġiba af li ħafna drabi se tkun le. Mela strieħ u orqod bil-kwiet. ħaqqek.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com