Jekk qassis forsi jkollu ċ-ċans jiżżewweġ, allura soru le?

 Jekk qassis forsi jkollu ċ-ċans jiżżewweġ, allura soru le?

Ugwaljanza hux! Jekk qed titqajjem il-kwistjoni li biex ma nitilfux qassis tajjeb, għandu forsi jkun hemm tibdil u jitħallew jiżżewġu, allura s-sorijiet le?

Dan kollu tqajjem wara intervista li saret mal-Arċisqof ta’ Malta Charles Jude Scicluna minn Mark laurence Zammit fejn, l-Arċisqof qal, u nikkowtaw:

“Why should we lose a young man who would have made a fine priest, just because he wanted to get married? And we did lose good priests just because they chose marriage.”

(bil-malti: għaliex għandna nitilfu raġel li kien jagħmel qassis tajjeb, sempliċiment għaliex irid jiżżewweġ? U tlifna qassisin tajbin sempliċiment għaliex għażlu ż-żwieġ.)

Spjega kif wasal iż-żmien li nieħdu din il-kwistjoni b’aktar serjetà u ‘nieħdu deċiżjonijiet fuqha’, fejn tenna li anke hu nnifsu tkellem b’mod miftuħ fil-Vatikan dwarha, imma mhix deċiżjoni aħħarija tiegħu li ssir jew le.

Nifhmu li jekk din isseħħ, tkun tgħodd ukoll għas-sorijiet le? Għaliex hawn ukoll nisa li forsi xtaqu jsiru sorijiet imma għażlu li jibnu familja u żżewġu!

Din hija wkoll kwistjoni marbuta mar-realtajiet tal-lum fejn id-dinja qed tinbidel u ħafna nies mhux qed jirrikorru għall-vokazzjonijiet, anke jekk din tkun forsi qed issejħilhom.

Intom x’taħsbu fuqha? Taqblu?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com