Jekk taf sigriet perikoluż, iżżommu sigriet jew tmur tgħidu?

 Jekk taf sigriet perikoluż, iżżommu sigriet jew tmur tgħidu?

Jekk taf sigriet sagro sant, imma perikoluż, iżżommu jew tmur tgħidu? U jekk ikun hemm informazzjoni ta’ serqa? U jekk ikun hemm min se jbati? Jew forsi li jista’ jitlef ħajtu? Iżżommu sigriet???

Fiha x’taħseb u x’tomgħod din!

Jidħlu l-valuri imma tidħol ukoll il-prekawzjoni. Qabel xejn, apparti l-ħsieb fuq il-persuni terzi, hemm inti – trid tieħu ħsieb lilek innifsek.

Li titgħabba b’informazzjoni sigrieta tista’ żżidlek stress enormi, nuqqas ta’ rqad, apatija, dipressjoni u nuqqas ta’ relazzjonijiet tajba.

Kull darba li inti tippressa ġo fik informazzjoni b’saħħitha u kbira, kif ukoll li tista’ tkun xi ftit ta’ nkwiet, din se taffettwalek anke l-pressjoni tad-demm tiegħek u anke mentalment. Se ġġiegħelek tibda tinqata’ ftit għalik u anke tibda tibża mix-xejn.

Aħseb sew …. sigriet għandu limitu? Jibqa’ sigriet jekk huwa perikoluż? Tista’ tgħid lill-persuni madwarek biex ma jgħidulek xejn mill-ewwel u tippreparahom qabel ikun tard wisq – ma jmorrux jilħqu jgħidulek xi ħaġa u jkunu għabbewk bla ma ridt. Xi sfidi niltaqgħu magħhom kultant hux?! Anqas nimmaġġinaw.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com