Jordnaw testijiet għad-DNA fuq il-ħmieġ tal-klieb biex jaraw min ma jkunx ġabru
Provinċja Taljana qed tordna testijiet tad-DNA fuq il-ħmieġ tal-klieb fejn minn hemm jiskopru min ikun is-sid u jimmultawh li ma jkunx ġabar xogħol l-annimal. Dan qed isir mill-gvern provinċjali ta’ Bolzano fejn qed joħloq database ta’ madwar 40,000 kelb fl-akkwata.
Jidher li madwar 10,000 sid diġà qed jikkollaboraw u rreġistraw u dan ifisser li ġaladarba is-sistema tibda taħdem, ikunu jistgħu jittraċċaw is-sid u jimmultawh multa ta’ bejn €50 u €500.
Min-naħa l-oħra, dawk li qed jirrifjutaw li jikkoperaw, jistgħu jeħlu multa ta’ bejn €292 u €1,048.
Bolzano huwa post pittoresk immens mimli bil-muntanji u jinsab viċin l-Awstrija u huwa magħruf li jagħmel ħafna liġijiet għalih tant li reġjuni oħra jikkomunikaw magħhom biex isegwu.
X’taħsbu li kieku kellha ssir f’Malta din?