Kemm hu ħadrani pajjiżna? Malta tgħaddi lill-Istati Uniti

 Kemm hu ħadrani pajjiżna? Malta tgħaddi lill-Istati Uniti

Meta dak li jkun isiefer ikun irid jara xi ħaġa differenti milli jara f’pajjiżu. Aħna l-Maltin spiss infittxu n-natura għaliex minħabba ċ-ċokon tagħna, dan huwa nieqes. Mhux l-istess ngħidu għall-baħar għaliex imdawrin bih u huwa ġmiel li kulħadd jgħaraf.

Fl-ewwel post insibu n-Norveġja bl-iżjed pajjiż li jitqies li għandu natura. Għandu wkoll bosta art agrikola u l-Gvern tal-pajjiż wiegħed 3 biljun Krona Norveġiża fis-sena biex jgħin ikunu salvati l-foresti tropikali fid-dinja.

Imbagħad insibu lil Awstrija li hija wkoll waħda mill-iżjed pajjiżi sostenibbli fid-dinja mhux biss fl-Ewropa. Ikomplu hekk:

  1. Finlandja
  2. L-Iżlanda
  3. Żvezja
  4. Estonja
  5. Ġermanja
  6. Lussemburgu
  7. Żvizzera
  8. Slovenja

Dawn il-pajjiżi msemmija huma kollha mgħonija b’wirt naturali impekabbli u xeni mill-isbaħ min b’muntanji u widien, xmajjar u għadajjar. Skont Forbes, Malta tikklassifika fit-23 post bl-aħħar post ikun l-Istati Uniti minħabba d-densità ta’ bini li għandu fl-ibliet. Madanakollu, ma jfissirx li fl-Istati Uniti ma hemmx natura, anzi. Iżda fil-bliet fejn jgħixu n-nies, iżjed issib dawk li jissejħu parks u li anke jkunu maħluqa u mibnija min-nies stess, milli art naturali kif insibu f’dawn l-10 pajjiżi li semmejna hawn fuq.

F’pajjiżna qed ikun hawn spiss aċċenn fuq l-importanza tal-ambjent u dan qed isir ukoll fid-dawl ta’ bini li tiela’ b’rata mgħaġġla u li qed ibiddel il-karatteristika ta’ pajjiżna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com