Kemm temmen fik innifsek? Punti qawwija ta’ kif għandek taġixxi

 Kemm temmen fik innifsek? Punti qawwija ta’ kif għandek taġixxi

Forsi mhux l-iżjed artiklu li se jħeġġek tidħol u taqrah, imma se jgħinek ħafna.

Il-moral tgħollieh jew tbaxxieh spiss fil-ħajja – huwa normali li jiġri dan anke l-akbar superstars jiġrilhom hekk. Aħseb u ara aħna … qed ngħidu hekk mhux ghax is-superstars għandhom xi ħaġa aħjar minna, għax bħalna huma, umani u jħossu, jibku u jifirħu wkoll l-istess bħal ma nagħmlu kull wieħed u waħda minna.

Imma, l-punt hu li aħna li aħna magħmulin tad-demm u l-laħam ikollna spiss bżonn t’approvazzjoni, t’inkoraġġiment, ta’ kelma tajba jew sabiħa, ta’ taptipa fuq l-ispalla u ta’ kuraġġ. Dawn huma lkoll sbieħ imma mhux dejjem faċli.

Il-bniedem irid jidra jkun kapaċi jevalwa lilu nnifsu mingħajr l-approvazzjoni ta’ ħadd. Mhix faċli! Imma mhix impossibbli. Meta titgħallem tkun kuntent miegħek innifsek, bik innifsek, dak ikun l-akbar pass ‘il quddiem favur is-saħħa mentali tiegħek fejn hemmhemm, inti tkun qed tiddikjara li biex tħossok tajjeb jew tajba, m’hemmx għalfejn jgħidlek ħadd li int tajba jew li int ok, imma ġenwinament tħoss hekk minn ġewwa.

KURAĠĠ! Tkun qatt prodott f’id ħaddieħor. Ħajtek hija tiegħek, gawdieha kif tixtieq bl-aqwa mod possibbli u tħalli lil ħadd ifarraklek il-moral tiegħek.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com