Kemm tħossok broke f’Jannar minn 1 sa 10?

 Kemm tħossok broke f’Jannar minn 1 sa 10?

F’jannar wara xahar festi u ċelebrazzjonijiet, ħruġ, ikliet u xiri ta’ rigali, bla dubju nħossuna ftit imrassin fil-finanzi tagħna. Hija normali ħlief għal dawk li huma sinjuri u ma jħossux dan il-fatt.

Biex tibbilanċja, li hija kelma kbira, mhix faċli imma mhix impossibbli. Trid tiġi minna nfusna. L-ewwelnett irridu nippjanaw ftit u naraw x’fond għandna u kemm kapaċi nonfqu. Dan jissejjaħ budget personali u għandna naraw li ma naqbżuhx. Jekk jiġri hekk, ir-riperkussjonijiet tiegħu se nbatuh fix-xahar ta’ wara. Ħeqq, u x-xahar ta’ wara hemm San Valentinu.

Tajjeb nevitaw infieq bla bżonn. Aħna rridu noqogħdu attenti … ħadd mhu se jgħidilna ‘attent, qed tonfoq ħafna.’

Tajjeb ukoll nibdew inwarrbu xi ħaġa; żgħira kemm hi żgħira għaliex anke mentalment inħossuna aħjar. Kull qatra tgħodd jgħid il-Malti u hekk hu.

Imma l-fatt ma jinnegah ħadd … f’Jannar inkunu ftit iżjed batuti. Intom kemm tħossukom broke minn 1 sa 10 f’dan ix-xahar?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com