Kieku kellkom tagħżlu festa nazzjonali waħda liema tagħżlu u għaliex?
F’pajjiżna għandna bosta festi kemm reliġjużi/pubbliċi, u anke dawk nazzjonali. Spiss tqum il-kwistjoni jew inkella ħa, iqum is-suġġett illi kieku kellna nagħżlu festa waħda liema se nagħżlu.
Min jgħid vi u min jgħid va.
Il-festi Nazzjonali f’pajjiżna huma dawn:
31 ta’ Marzu – Jum il-Ħelsien
7 ta’ Ġunju – Sette Giugno
8 ta’ Settembru – Il-Vitorja
21 ta’ Settembru – Jum l-Indipendenza
13 ta’ Diċembru – Jum ir-Repubblika
Il-festi l-oħra, bħal ngħidu aħna l-Assunzjoni/Santa Marija hija festa reliġjuża/pubblika.
Tista’ tgħid li l-festi pubbliċi kollha huma marbuta mar-reliġjon ħlief l-ewwel tas-sena li timmarka bidu ta’ sena ġdida.
Inti kieku liema tagħżel imma, bħala festa nazzjonali jekk kellna nagħżlu waħda? Tgħidilna għaliex?