Kienet mara ta’ karriera u rrispettata ħafna … Aqraw iżjed.

Bħal-lum 8 ta’ Jannar tal-1899, twieldet Mabel Strickland, ġurnalista u politiku, bint Sir Gerald Strickland li għamel żmien Prim Ministru ta’ Malta.
Hija daħlet fil-politika fl-1921 bħala Assistenta Segretarja tal-Costitutional Party immexxi minn missierha. Mabel Strickland ġiet eletta fl-Assemblea Leġislattiva bejn l-1944-46 u bħala Viċi Chairperson tal-Partit ġiet eletta fl-1950 u l-1951.
Fl-1953 itteħdilha s-siġġu parlamentari minħabba teknikalità kostituzzjonali. fl-1953 , Mabel Strickland iffurmat il-Progressive Costitutional Party.
Bħala ġurnalista kienet editur tal-ġurnal Times of Malta. Hija mietet fid-29 ta’ Novembru tal-1988.